Skont mezzi tax-xandir internazzjonali, raġel inqatel mill-forzi tas-sigurtà fit-Tramuntana tal-Iran, hekk kif dimostranti kontra l-Gvern iċċelebraw pubblikament l-eliminazzjoni tat-tim nazzjonali tal-futbol mit-Tazza tad-Dinja.
L-attivisti qalu li Mehran Samak irċieva tiri f’rasu wara li lbieraħ filgħaxija daqq il-ħorn tal-karozza tiegħu f’Bandar Anzali. Filmati minn bliet oħra wrew folol jifirħu u jiżfnu fit-toroq.
Ħafna Iranjani rrifjutaw li jappoġġjaw it-tim tal-futbol tagħhom fil-Qatar, billi rawha bħala rappreżentanza tar-Repubblika Iżlamika.
Il-midja affiljata mal-Istat tat tort lill-forzi ostili kemm ġewwa kif ukoll barra l-Iran, talli għamlu pressjoni inġusta fuq il-plejers wara t-telfa ta’ 1-0 kontra l-Istati Uniti fl-aħħar logħba tal-grupp.