Wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni f’messaġġ għall-Jum l-Omm Ira Losco kkonfermat dak li issa kważi sar jaf kulħadd, anke għax fuq il-palk tal-Eurovision deher evidenti.
Ira Losco se ssir omm.
Ira Losco qalet tinsab ferħana se ttir li għall-ewwel darba se tkun qed tiċċelebra dan il-jum bi stennija għal tarbija. Żiedet li hi u s-sieħeb Sean Gravina huma ferħana wkoll li fl-aħħar qed jaqsmu din l-esperjenza ma’ kulħadd. “Qatt ma’ ħsibna li konna se niġu mbierka b’aħbar daqshekk sabiħa li qed takkumpanjana tul l-esperjenza tal-Eurovision,” qalet Ira Losco. Awguri doppji issa !