Ira Losco iċċelebrat il-fatt li Malta ġiet ikkunsidrata bħala l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandha drittijiet għall-persuni LGBT. Ftit tal-ħin ilu, Losco daħlet fiċ-ċentru tal-ġurnalisti fi Stokkolma fejn flimkien ma’ għadd ta’ ġurnalisti li qegħdin jirrapurtaw il-Eurovision Song Contest għaddiet messaġġ ċar favur l-ugwaljanza bejn persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti.
Ira Losco qalet li tkun kuntenta ferm jekk tirbaħ il-Eurovision iżda l-ammiraturi tal-Eurovision b’orjentazzjonijiet differenti jkunu rebbieħa wkoll.
Dan għaliex Malta huwa pajjiż li jilqa’ lil kullħadd b’idejh miftuħa u li l-poplu Malti huwa magħruf ferm għall-ospitalita’, sostniet il-kantanta Maltija.