Stqarrija Ghall-Istampa: Hard Rock Cafe Beland Music Festival 2017
Il-Ministru għall Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, nieda s-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival. Dan l-ispettaklu se jsir bejn il-5 u t-7 ta’ Lulju li ġej. Il-festival se jsir bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, bis-saħħa tal-Cultural Partnership Agreement.
Kollox beda meta l-banda Beland iċċelebrat il-150 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Illum-il ġurnata s-suċċess tal-festival huwa spjegat mill-attendenza kbira li qed ikollu kull sena.
It-tnedija tal-festival ta’ din is-sena saret fl-istabiliment Hard Rock f’Paceville. L-ispettaklu jsir fiż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.
Fost artisti kbar, se jkun hemm il-grupp Ewropew Alphaville, Chris Norman il-vuċi oriġinali tal-grupp Smokie u Ira Losco. Din is-sena se tkun l-ewwel darba li ġew mistiednin żewġ artisti oriġinali barranin. L-attivita se tkun qed tgħati opportunita lil 6 artisti lokali ġodda li ser jieħdu sehem fil-festival permess tal-Beland Music Contest bl’għajnuna tal-Kunsill Malti għal Arti u PRS for Music.
B’kollox se jkun hemm 12-il live act – garanzija ta’ spettaklu mill-aqwa f’nofs is-sajf Malti. Biljetti jistgħu jinkisbu min: ticketline.com.mt