AĠĠORNATA
Kif inhu xieraq, Ira Losco għaddiet. Is-Sibt se tkun fil-finali wara li l-kanzunetta tagħha hija waħda mill-għaxra li għamluha mal-aqwa biex tibqa’ t-tama li pajjiżna jikseb riżultat prestiġjuż fil-finali ta’ tmiem il-ġimgħa.
The Daily Telegraph qal li Ira Losco hija artista li tista’ tieħu grammy award bl-istandard tal-Eurovision u kien hemm biżibilju ta’ kummenti pożittivi oħra biex ma konniex sopriżi meta kwalifikat.
Għaddew ukoll l-Azerbaijan, ir-Russja, l-Olanda, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Awstrija, l-Armenja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru u Malta.
Mumenti fuq ix-xwiek għaliex pajjiżna kien l-aħħar wieħed ikkonfermat li ser jagħmilha għall-finali.
Stennejna sal-aħħar diska u l-istennija kienet waħda flokha għaliex l-istilla Maltija reġgħet laħqet l-aspetattivi. Ira Losco, bid-diska Walk on Water tat wirja mill-aqwa. Sa mill-ewwel mumenti meta l-palk inxtegħel blu u fuqu deher il-viżwal ta’ wiċċha kien ċar li l-kantanta Maltija kienet fl-aqwa tagħha u għal dan irrispondiet l-udjenza fis-sala li mar-ritornell ‘walk on water’ irrispondiet b’entużjażmu. Issa nistennew il-mumenti tal-voti bit-tama li s-Sibt narawha fil-finali. Għal darb oħra Awguri Ira.
Il-ġurnalisti barranin fi Stokkolma waqt li Ira tat il-wirja tagħha.