Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li wara diskussjonijiet uffiċjali mmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela, uffiċċjali tal-Malta Air/Ryanair u l-Ministeru tat-Turiżmu, b’ effett immedjat, inkluż titjiriet tal-lum minn Milan, Bergamo, Treviso huma sospiżi sakemm ikun hemm avviż ieħor.
Dan wara li l-Ħadd filgħaxija, Il-linja Nazzjonali tal-ajru Air Malta ħassret it-titjiriet skedati kollha lejn l-ajruport ta’ Linate f’Milan b’mod immedjat għal perjodu indefinit. Dan sar bħala mezz ieħor ta’ prekawzjoni kontra l-firxa tal-Corona Virus f’pajjiżna.