Il-Linja tal-ajru Ryanair għadha kif ħabbret żieda ta’ rotta ġdida minn Malta lejn Amman fil-Ġordan. Din hija t-62 rotta minn u lejn Malta mir-Rynair, li se tkun qed topera darbtejn fil-ġimgħa minn April 2019.
B’kollox Ryanair se jkollha 62 rotta li se topera minn u lejn Malta fejn din il-kumpanija mistennija żżid it-traffiku tal-ajru f’pajjiżna bi 15 fil-mija.
Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din l-aħbar turi mpenn lejn il-gżejjer Maltin wara li din il-kumpanija nvestiet €100 miljun biex tibbaża s-sitt ajruplan tagħha f’Malta. Din ir-rotta l-ġdida mistennija ġġib adwar 11,200 viżitatur ġdid lejn il-gżejjer taghna tul ix-xhur tas-sajf.