Il-kordinatur tal-Partit Popolari Ewropew, l-Ewroparlamentari Ungeriż Zoltan Tarr sostna li bħala grupp politiku jaħseb li l-portafoll ta’ Glenn Micallef, in-nominat Malti għall-Kummissarju Ewropew, huwa wieħed importanti.
Dan intqal waqt sessjoni mal-ġurnalisti Maltin fil-binja tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
Ir-reazzjoni tiegħu hi kompletament bil-kontra ta’ dak li ddikjara l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech f’pajjiżna, anke jekk jagħmel parti mill-istess grupp politiku tal-EPP, hekk kif, fost oħrajn, skredita tali portafoll u indika li mhuwiex ta’ importanza.