Ftehim ġdid milħuq bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq waqt summit fi Pyongyang, jirrikjedi li ż-żewġ pajjiżi jużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jipprovdu assistenza militari immedjata f’każ ta’ gwerra.
Kemm Kim Jong Un tal-Korea ta’ Fuq kif ukoll Vladimir Putin tar-Russja ddeskrivew il-ftehim bħala titjib kbir tar-relazzjonijiet bilaterali, li jkopri s-sigurtà, il-kummerċ, l-investiment, ir-rabtiet kulturali u umanitarji.
Osservaturi qalu li din tista’ timmarka l-aktar rabta b’saħħitha bejn Moska u Pyongyang sa minn tmiem il-Gwerra Bierda.