Ir-Russja u l-Istati Uniti ħabbru li laħqu ftehim dwar is-Sijra, li għandu jibda billi jiefqu l-offensivi minn inżul ix-xemx ta’ nhar it-Tnejn.
Il-Gvern Sirjan għandu jwaqqaf missjonijiet ta’ ġlied f’zoni speċifiċi li ġew f’idejn l-opposizzjoni. Ir-Russja u l-Istati Uniti se jitsabilixxu ċnetru konġunt biex jissieltu kontra l-Istat Iżlamiku u l-ġellieda al-Nusra. Il-pjan għandu jippermetti l-wasla tal-għajnuna umanitarja.
Din l-aħbar waslet wara taħdidiet bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-ekwivalenti Russu, Sergei Lavrov. F’Ġeneva, fejn saru dawn it-taħdidiet, il-pjan se jkollu bżonn il-koperazzjoni kemm tar-reġim kif ukoll tal-Opposizzjoni Sirjana, li t-tnej indikaw li lesti jimxu ma’ dan il-ftehim.