Fix-xhur li ġejjin ir-Russja mistennija tibgħat sistemi li kapaċi jtajru missili nukleari lejn il-Belarus bħala pajjiż alleat tagħha.
Dan stqarru l-President Russu Vladimir Putin li qal ukoll li dawn is-sistemi kapaċi jtajru missili kemm konvenzjonali kif ukoll nukleari.
Din l-aħbar waslet ftit sigħat wara li l-Forzi Russi ħadu taħt idejhom il-belt Ukrena ta’ Severodonetsk.
Dan skont is-Sindku Ukren li spjega kif il-militar Ukren irtira mill-belt wara ġimgħat ta’ bombi Russi li farrku u ġarrfu għalkollox il-belt Ukrena.
Fil-datt diversi nies ċivili sabu xelter f’impjant kimiku iżda s-Sindku spjega li l-unika mod kif in-nies jistgħu jitilqu minn din il-belt hija minn territorju li huwa okkupat mir-Russi.
Ribelli alleati tar-Russja qalu li issa mxew lejn belt oħra ġara ta’ Severodonetsk iżda uffiċjali Ukreni għadhom ma kkonfermawx dan.
Severodonetsk kien dar għal aktar minn mitt elf persuna iżda kawża ta’ din il-gwerra qalila, din il-belt rat ġlied fit-toroq u għaldaqstant, diversi residenti kellhom jaħarbu.