Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu sejjaħ għat-tkeċċija ta’ 35 diplomatiku Amerikan. Dan b’risposta għal pass simili li għamel Washington ilbieraħ.
Il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov qal li din it-talba saret lill-President Vladimir Putin. L-amministrazzjoni ta’ Barack Obama qed tinponi sanzjonijiet wara l-allegat hacking min-naħa tar-Russi waqt l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.