Il-Ministru tad-Difiża Russu stqarr li l-ajruplan militari li kellu 15 –il persuna abbord, ġie imwaqqa’ permezz ta’ missila Sirjana. Il-Ministru żied jgħid li minħabba azzjonijiet irrisponsabli mill-armata Iżraeljana, 15 –il persuna sfaw maqtula.Dan ma jonorax il-patt il għandhom ir-Russi u l-Iżraeljani ma xulxin u ser ikun għalhekk li l-Gvern Russu se jieħu azzjoni kontra dan l-att.
L-ajruplan militari kien qed jirritorna lejn il-bażi militari Russa viċin Latakia fis-Sirja, u kien it-Tnejn filgħaxija li l-kuntatt ta’ dan l-ajruplan intilef.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija għal dan l-ajruplan militari.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/09/18/jisparixxi-ajruplan-fuq-is-sirja/