Ir-Russja qed tfittex li terġa’ tingħaqad mal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan il-Ġnus Magħquda.
Ir-Russja tkeċċiet minn dan il-Kunsill f’April li għadda wara li fi Frar tas-sena l-oħra invadiet lill-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din il-mossa tal-Gvern Russu, li għaliha jrid ikun hemm elezzjoni mill-pajjiżi li jiffurmaw il-Ġnus Magħquda, se turi kif il-komunità internazzjonali tħares lejn ir-Russja.
Id-diplomatiċi Russi qed jitolbu li jkunu eletti mill-ġdid għal terminu ta’ tliet snin.
Il-vot se jsir ix-xahar id-dieħel, dan filwaqt li permezz ta’ dokument ir-Russja qed titlob lill-membri tal-Ġnus Magħquda sabiex juru s-sapport tagħhom.