L-istazzjon Russu Channel One mhux se jxandar il-Eurovision Song Contest ix-xahar id-dieħel, wara li r-Russja ma tħallietx tikkompeti bil-kantanta Julia Smoilova. Id-deċiżjoni tfisser li issa r-Russja żgur mhux se titħalla tikkompeti.
L-Ukreni qed jinsistu li Samoilova ma tistax tikkompeti għax żaret il-Krimea, peniżola maħtufa mis-Russja fl-2014. Il-Eurovision Broadcasting Unit ikundanna bil-qawwi din il-projbizzjoni u qal li l-Ukrajna qed tinjora l-fatt li l-Eurovision suppost ma ddaħħalx elementi politiċi.