Ir-Russja offriet li tilqa’ taħdidiet biex jintemm il-ġlied bejn il-forzi tal-Ażerbajġan u tal-Armenja. Din l-offerta saret mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov waqt telefonata li għamel lill-Ministri barranini taż-żewġ pajjiżi.
Intant, fil-jum tal-Erbgħa il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev ta’ l-kelma tiegħu li se jibqa’ jattakka sakemm il-forzi Armeni jitilqu mir-reġjun Nagorno-Karabakh, li ilu taħt il-kontroll tal-Armeni sa mill-1994 minkejja li r-reġjun huwa meqjus parti mill-Ażerbajġan.