Mill-ġdid ir-Russja qed tkompli tattakka l-grid tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan qalu l-President Ukren Volodymyr Zelensky fejn spejga li l-lejl tal-Ħadd l-attakki kienu fuq skala wisa’ ħafna u laqtu diversi reġjuni. Fi Kyiv kważi wieħed punt ħames miljun dar spiċċaw bla elettriku.
F’indirizz li għamel is-Sibt filgħaxija Zelensky qal li minkejja d-diversi missili li qed jiġu sparati, dan mhux se jaqta’ qalb l-militar Ukren. Kważi terz tal-power stations tal-Ukrajna u faċilitajiet oħra li jiġġeneraw l-enerġija ġew meqruda f’mewġa ta’ attakki mill-ajru li bdew il-ġimgħa li għaddiet.