Ir-Russja keċċiet tliet diplomatiċi mill-Ġermanja, l-Iżvezja u l-Polonja talli ħadu sehem fi protesti b’appoġġ għall-attivist tal-Oppożizzjoni u Kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin, Alexei Navalny.
Il-Ġermanja qalet li t-tkeċċija tar-rappreżentat tagħha mhix ġustifikata u qalet li se tkun qed tireaġixxi jekk ir-Russja ma treġġax lura d-deċiżjoni li ħadet. L-istess qalet l-Iżvezja li rriservat id-dritt għal risposta xierqa.
Il-Polonja qalet li l-mossa li għamlet ir-Russja mhix se tgħin fil-kriżi dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejnha u bejn ir-Russja.