Dalgħodu r-Russja talbet lill-esperti tan-Nazzjonijiet Magħquda u tas-Salib l-Aħmar sabiex jinvestigaw l-imwiet ta’ għexieren ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni li mietu waqt attakk nhar il-Ġimgħa li għadda.
Il-Ministru għad-Difiża Russu qal li għandha ssir investigazzjoni oġġettiva biex jiġi stabbilit min verament wettaq dan l-attakk li ħasad il-ħajja ta’ 50 priġunier filwaqt li 73 oħra spiċċaw midruba.
Fil-fatt, il-Ministru Russu qal li dawn inqatlu f’attakk li wettqet l-Ukrajna b’armi magħmula mill-Amerika.
Madanakollu, il-forzi armati tal-Ukrajna ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet u minflok tefgħu l-ħtija fuq l-armata Russa.