Ir-Russja rrifjutat diversi appelli sabiex tirrilaxxa l-kontroll militari li għadha fiż-żona madwar impjant nukleari fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.
Uffiċjali Russi qalu li kieku kellu jitlaq il-militar Russu, l-impjant ikun fi stat aktar vulnerabbli.
Bħalissa hemm tħassib kbir dwar is-sigurtà ta’ żoni fil-qrib tal-akbar impjant nukleari fl-Ewropa hekk kif l-Ukrajna u r-Russja jkomplu jippuntaw is-swaba lejn xulxin.
Ħaddiema Ukreni għadhom joperaw l-impjant li ilu taħt il-kontroll tar-Russi minn Marzu li għadda u filfatt kien wieħed mill-ewwel kisbiet tar-Russi fl-invażjoni fl-Ukrajna.
F’summit mal-President Ukren u l-Mexxej Tork, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti wissa li ħsara f’dan l-impjant tista’ tammonta għal suwiċidju.