L-Ambaxxata Russa ċaħdet rapporti li b’xi mod setgħet kienet wara l-gidba dwar il-Prim Ministru, Joseph Muscat. Kien rapport fis-sit intelligenceonline.com li żvela li s-servizzi sigrieti ta’ żewġ pajjiżi, is-CIA u l-MI6, avżaw lil Malta li seta’ kien hemm involviment Russu f’din il-qlajja.
Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, kien mistoqsi dwar dan mill-ġurnalisti u għalkemm ikkonferma r-rapporti qal li ma kien hemm ebda evidenza. “Ir-Russja qatt ma ndaħlet fl-affarijiet interni ta’ Malta u mhux se tindaħal,” intqal fl-istqarrija tal-ambaxxata Russa.