Ir-Russja rebħet il-Junior Eurovision Song Contest li sar illum wara nofsinhar fil-kapitali tal-Ġorġja, Tbilisi. Il-kantanta Polina Bogusevich rebħet il-festival b’total ta’ mija tmienja u tmenin punt.
Intant Malta ġiet fid-disa’ post iżda ġiet it-tieni mill-vot tal-pubbliku.
B’kunfidenza bla tarf, il-kantant Malti Gianluca Cilia ta interpretazzjoni eċċellenti tal-kanzunetta Dawra Tond. Sadanittant din is-sena, il-vot tal-pubbliku sar għall-ewwel darba permezz ta’ votazzjoni online. Jidher li għal xi ħin kien hemm xi problemi fis-sistema tal-votazzjoni tant li anki l-organizzaturi kkonfermaw dan.
Flimkien mat-tim tal-istazzjon nazzjonali tal-Ġorġja kien hemm numru ta’ Maltin li kellhom sehem kbir fil-produzzjoni tal-festival.