Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová u sitt uffiċjali għolja Ewropej oħra issa ma jistgħux jidħlu r-Russja. Il-Gvern Russu qed jagħmel dan biex ipatti għas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq pajjiżu.
Fi stqarrija l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sejħu dan kollu bħala inaċċettabli u kompletament bla bażi. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kienu imponew sanzjonijiet fuq uffiċjali Russi b’rabta mal-każ ta’ Alexei Navalny.