Ir-Russja nstabet responsabbli għall-qtil ta’ Alexander Litvinenko.
Dan skont il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani.
Litvinenko kien spija Russu li rnexxielu jikseb ċittadinanza Brittanika.
Hu miet ivvalenat f’Londra lura fl-2006.
Fl-2016 ir-Renju Unit kien ħejja inkjesta dwar il-mewt tiegħu u minnha ġie konkluż li l-qtil kien probabbiliment approvat mill-President Russu Vladimir Putin iżda r-Russja ċaħdet kull involviment fil-qtil tiegħu.
Il-Qorti Ewropea qalet li tliet irġiel kienu aġenti attivi tal-istat Russu billi tefgħu sustanza radjuattiva f’tazza tax-xorb.