Fl-Ukrajna, il-militar Russu li jinsab stazzjonat madwar l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa għandu l-għan li l-enerġija li tiġi prodotta f’dan l-impjant ma tibqax parti min-network ta’ elettriku Ukren.
Mas-sit awtorevoli Reuters, id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu qal li l-truppi li qegħdin jokkupaw l-impjant qegħdin hemm sabiex jipprevjeni inċident nukleari.
Dan filwaqt li s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres li bħalissa jinsab fl-Ukrajna wissa lir-Russja sabiex ma tiħux dan il-pass u sostna li hija prijorità li l-attività militari madwar l-impjant tieqaf minnufih.
Intant, fil-belt Ukrena ta’ Kharkiv mara mietet f’binja universitarja hekk kif il-belt kienet fil-mira ta’ diversi bombi.
Dan filwaqt li fil-Krimea nstemgħu minn tal-inqas erba’ splużjonijiet matul il-lejl.