Ir-Russja blukkjat is-siti soċjali Facebook u Twitter, b’mod assolut, b’ritaljazzjoni għal dawn il-pjattaforma li naqqsu l-aċċess u li għamlu diversi restrizzjonijiet fuq il-midja tal-istat Russu.
Dan wara li s-siti soċjali Facebook u Instagram neħħew lil Russia Today mill-pjattaforma Ewropea u anke Inġliża.
Ir-regolatur tar-Russja akkuża lil dawn is-siti soċjali b’diskriminazzjoni f’ sitta u għoxrin każ kontra r-Russja minn Ottubru tal-2020, b’aċċess limitat lil servizzi bħal Russia Today u RIA.
Il-Kumpanija Meta qalet li dan l-ibblukkar se jkun ifisser li miljuni ta’ Russi se jinqatgħu minn informazzjoni oġġettiva u affidabbli.