Ir-Russja waqfet tissupplixxi l-gass lill-Finlandja.
Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-kwistjoni tal-enerġija fil-Punent.
Il-kumpanija Russa Gazprom ikkonfermat li kompletament waqqfet l-esportazzjoni tal-gass lejn il-Finlandja fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
Dan ikkonfermatu wkoll il-Fillandja iżda sostniet li konsumaturi mhux ser jintlaqtu minn din id-deċiżjoni.
Il-kapitali Finlandiża, Helsinki, ilha tirrifjuta li tħallas għar-riżorsi bil-munita Russa.
Din l-aħbar waslet jiem wara li l-Finlandja ħabbret li ser tapplika biex tingħaqad man-NATO.
Minkejja l-invażjoni Russa, il-pajjiż baqa’ jissupplixxi l-gass lil diversi pajjiżi Ewropej iżda wara s-sanzjonijiet li tħabbru minn diversi pajjiżi tal-Punent, ir-Russja qalet li dawn il-pajjiżi għandhom iħallsu għall-gass bil-munita Russa.