Ir-Russja ddikjarat rebħa fil-belt Ukrena ta’ Mariupol. Dan wara xhur ta’ battalja biex jieħdu taħt idejhom din il-belt.
Uffiċjali għal Moska qalu li l-aħħar truppi li kienu qed jissalvagwardjaw impjant tal-azzar ċedew l-armi.
Għal xhur sħaħ dawn it-truppi kienu qed jgħixu f’dan il-kumpless biex iwaqqfu lir-Russi milli jieħdu kontroll komplet tal-belt.
Il-Ministeru tad-Difiża Russi qal li l-belt u l-impjant ġew liberati kompletament wara li 531 suldat telqu minn hemm.
Issa li Mariupol spiċċat biss tifrik, l-evakwazzjoni ta’ dawn it-truppi timmarka t-tmiem tal-agħar gwerra f’din il-belt.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-aħħar truppi li kien hemm jiddefendu l-impjant, ingħataw permess sabiex jitilqu.