Ir-Russja ċaħdet allegazzjoni li saret minn Ġeneral fi ħdan in-NATO, fejn allega li r-Russja qed tibgħat provvista ta’ armamenti b’mod sigriet lit-Taliban fl-Afganistan.
Il-Ġeneral Curtis Scaparrotti qal lil-leġislaturi f’Washington li “hemm ċans” li l-Moska qed tgħin lill-gruppi b’twemmin estremist.
Kien propju ġurnata wara meta rappreżentant speċjali ta’ Kremlin fl-Afganistan qal li dawn l-allegazzjonijiet kien “totalment foloz.”
Aktar qabel ir-Russja kienet qalet li l-kuntatt limitat li għandha mat-Taliban qed isir biex iservi bħala kuntatt biex forsi jaslu għal xi tip ta’ qbil.