Ir-Russja ċaħdet allegazzjonijiet li aġenziji t’intelliġenza Russi għaddew xi materjal lill-President Amerikan Donald Trump.
Il-kelliem għall-President Russu, Dmitry Peskov qal li dawn l-allegazzonijiet huma gidba u li għandhom l-għan li jkissru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dawn l-akkużi li baqgħu mhux sostanzjati jgħidu wkoll li Trump ikkomunika b’mod sigriet mal-kapitali Russa Moska u li l-pajjiż Russu għandu informazzjoni dwar rabtiet ta’ Trump ma’ prostituti.
Għal dawn l-allegazzjonijiet Trump wieġeb li m’hemm l-ebda tip ta’ konnessjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, la self, la ftehim u l-ebda rabta.
Bħalissa Trump qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet disat ijiem biss qabel jieħu l-kariga uffiċjali ta’ President tal-Istati Uniti.