Ir-Russja bdiet tneħħi l-forzi tagħha mis-Sirja, bil-grupp tal-aircraft carrier ikun l-ewwel li jitlaq minn dan il-pajjiż. Dan qalu l-kap tal-forzi armati Russi.
Din l-aħbar ġiet ftit tal-jiem wara li r-Russja u t-Turkija nnegozzjaw ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fis-Sirja, li skont in-Nazzjonijiet Magħquda fil-maġġoranza tiegħu,qed jinżamm.
Fil-passat, ir-Russja wettqet attakki mill-ajru fuq ribelli ta’ kontra l-gvern. L-involviment Russu huwa meqjus bħala l-punt li dawwar il-gwerra favur l-alleat tagħha, il-President Sirjan Bashar al-Assad.
Il-flotta navali Russa hija mmexxijja mill-aircraft carrier Admiral Kuznetsov. F’Marzu li għadda, ir-Russja ħabbret li se tneħħi l-forzi tagħha iżda minkejja dan kompliet l-attakki mill-ajru.