Fl-aħħar siegħat ir-Russja għamlet theddida lill-Istati Uniti li ser tibda bl-attakki mill-ajru. Dan bi tpattija għas-suspettat attakk komoku mis-Sirja, u dan hu meqjus bħala pass eqreb għall-gwerra bejn iż-żewġ pajjizi.
Dan hekk kif ir-Russja qed takkuża fost oħrajn lill-Istati Uniti li poġġiet il-paċi internazzjonali f’ riskju filwaqt li qalet li s-sitwazzjoni hija perikoluza ferm.
Uffiċjali Russi inkluż il-Kap tal-Militar qalu li mistennija jiġu sparati missili lejn l-Amerika kemm il-darba l-Uffiċjali Russi jkunu taħt theddida.
Filfatt aktar tard illum ukoll ser ikun qed jiltaqa l-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurta fl-Istati Uniti dan sabiex jiddiskuti t-theddid mir-Russja.
Filwaqqt li esperti mill-Organizazzjoni tal-armi nukleari se jmorru s-Sirja biex jibdew jinvestigaw.