Il-Ministru għad-Difiża Russu sostna li l-forzi Russi rnexxielhom jinterċettaw u jwaqqfu attakk Ukren permezz ta’ drones militari.
Dan wara li ftit ilu, waqqgħu żewġ drones oħra fir-reġjun ta’ Moska.
Din l-aħħar interċettazzjoni mill-forzi Russi saret fuq ir-reġjun ta’ Bryansk. Ġie spjegat ukoll kif twaqqfu t-titjiriet minn u lejn Moska temporanjament.
L-istess Ministru Russu spjega wkoll kif ajruplan tal-gwerra Russu rnexxielu jgħerreq vapur Ukren fil-Baħar l-Iswed li l-għan speċifiku tiegħu kien li jiġbor l-intelliġenza militari.
Għalkemm il-President Ukren Volodymyr Zelensky ma assumiex responsabbiltà għal dawn l-attakki permezz ta’ drones militari, fil-passat sostna li dawn l-istess attakki huma inevitabbli, naturali u assolutament ġustifikati.