Ir-Russja se tnaqqas b’mod drastiku l-attività militari tagħha fuq il-kapitali Kyiv kif ukoll madwar Chernihiv. Ħabbar dan id-Deputat Ministru għad-Difiża Russu.
Huwa tenna li r-Russja iddeċidiet li tnaqqas l-operazzjonijiet qrib il-kapitali u belt ewlenija oħra bħala turija ta’ fiduċja reċiproka fit-taħditiet għall-waqfien mill-ġlied.
Din it-tħabbira saret hekk kif illum delegazzjonijiet Ukreni u Russi ltaqgħu f’Istanbul fit-Turkija.
Roman Abramovich kien parti mid-delegazzjoni għall-paċi, minkejja rapporti ta’ allegazzjonijiet li kien ivvalenat.