Ir-Russja qalet li qed tippjana li titlaq mill-Istazzjon Spazjali Internazzjonali u ttemm is-sħubija tagħha ta’ għexieren ta’ snin man-NASA. Dan ħabbru l-kap l-ġdid tal-Aġenzija Spazjali tar-Russja.
Huwa qal li huma se jwettqu l-obbligi kollha li għandhom lejn l-imsieħba imma d-deċiżjoni kellha tittieħed.
Il-kelliem tad-dipartiment tal-istat qal li din l-aħbar hija żvillupp sfortunat meta wieħed iqis x-xogħol xjentifiku li sar.
Din mhijiex l-ewwel darba li r-Russja qalet se li tabbanduna l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali, infatti kienet waħda mis-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u tal-Ewropa minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, iżda din it-theddida tidher aktar serja hekk kif hemm l-approvazzjoni ta’ Putin innifsu.