Uffiċjali Russi qalu li lestew operazzjoni biex persuni ċivili joħorġu mill-belt ta’ Kherson fin-Nofsinhar tal-Ukrajna, qabel battalja mistennija mal-qawwiet Ukreni.
Mill-inqas 70,000 persuna ċivili qasmu x-xmara Dnipro, f’dik li l-Ukrajna qed issejjaħ deportazzjonijiet sfurzati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Qed nippreparaw lil Kherson għad-difiża,” qal il-kmandant tal-milizzja Russa Alexander Khodakovsky. “Qed noħorġu l-popolazzjoni ċivili.”
Ir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Kherson fl-Ukrajna kien wieħed mill-erba’ żoni tal-Ukrajna li ħataf Vladimir Putin ix-xahar li għadda, minkejja li r-Russja ma kellhiex kontroll totali ta’ ebda waħda minnhom.