Ir-Russja tkompli bil-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim biex tħalli l-qamħ jiġi esportat minn portijiet Ukreni li jinsabu taħt il-ħakma tagħha. Dan seħħ wara li ftit tal-jiem ilu ssospendiet l-appoġġ għal dan il-ftehim.
Ir-Russja akkużat lill-Ukrajna li użat il-kurituri siguri, li minnhom ibaħħru l-vapuri li jġorru l-qamħ, biex tattakka l-flotta Russa fil-Krimea.
Dan il-ftehim ġie nnegozzjat f’Lulju li għadda min-Nazzjonijiet Magħquda u t-Turkija, wara ħames xhur ta’ mblokk tal-portijiet Ukreni mir-Russja; kawża t’hekk kien hemm miljuni ta’ tunnellati ta’ qamħ maqbuda u li wassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel.
Dan il-ftehim jiskadi fid-19 ta’ Novembru, u għad irid jintleħaq qbil jekk hux se jkun imġedded.
Ritratt: Erdem Sahin/EPA-EFE/REX/Shutterstock