Rapporti fuq ġurnali internazzjonali qed jgħidu li xandira fuq it-televiżjoni Russa avżat lill- persuni ċivili biex jidentifikaw l-eqreb xelters. L-istess xandira staqsiet lit-telespettaturi b’mod ripetut jekk humiex lesti għal gwerra nukleari.
Dan huwa rrapportat li ntqal fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat NTV. Il-preżentatur, Evgeny Kiselyov, deher irrabjat filwat li kkundanna l-aġir “mhux prudenti’ tal-Amerka u tkellem għal sagħtejn sħaħ dwar kunflitt li jsta’ jkollu dimensjoni ‘nukleari’.
Dan l-aħħar ir-Russja ħarrġet 40 miljun ċittadin f’attivitajiet ta’ difiża f’każ ta’ attakk nukleari. Rapport fil-ġurnal Russu Znak qal li l-Gvern Russu qiegħed jitlob lill-uffiċjali u ħaddiema tal-Gvern jieħdu lill-uliedhom lura lejn ir-Russja b’mod immedjat, jekk dawn qed jistudjaw x’imkien barra mill-pajjiż.