Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu bombi Russi laqtu ajruporti qrib il-bliet ta’ Lutsk u Ivano-Frankiivisk li jinsabu fuq naħat opposti tal-pajjiż.
F’Dnipro ntlaqtet ukoll fortizza kbira fiċ-ċentru tal-Lvant tal-Ukrajna fejn persuna waħda s’issa ġiet irrapurtata mejta.
Ir-Russja sostniet ukoll li ħadet il-belt ta’ Volnovakha, fit-Tramuntana tal-port ta’ Mariupol.
Fl-aħħar 24 siegħa r-Russja ippermetit żoni li se jinfetħu kuljum fis-sebgħa ta’ filgħodu biex issir evakwazzjoni tan-nies ċivili minn ċerti partijiet fl-Ukrajna.
L-Ukrajna qalet li 80,000 ruħ ġew evakwati minn Sumy hekk kif il-belt tinsab taħt il-bumbardament Russu.
Il-Kumitat internazzjonali ġewwa l-Ukrajna qal li n-nies fil-belt ta’ Mariupol qed jiġġildu ma’ xulxin għall-ikel hekk kif il-provvista naqset ħafna minħabba li din il-belt ilha tiġi attakkata għal diversi ġranet.
Ritratti bis-satellita juru li s-suldati Russi qed javvanzaw bil-mod lejn il-Kapitali Kyiv u qed jistaħbew ġewwa l-foresti.