Ilbieraħ filgħodu diversi splużjonijiet dwew madwar il-belt kapitali Ukrena, Kyiv hekk kif skont uffiċjali, ir-Russja għamlet l-ewwel attakk tagħha bil-missili – xi ħaġa li kienet ilha ma tagħmel minn Awwissu. Kawża ta’ dan nisa anzjani u tfal żgħar sabu rifuġju fl-istazzjonijiet tal-metro taħt l-art.
L-Ukreni ilhom xhur jistennew attakk kbir bil-missili fejn jinsabu mħassba li dan jista’ jkompli jdgħajjef is-sistema tal-enerġija u jikkawża perjodu twal mingħajr servizz hekk kif dieħla x-Xitwa.
Id-difiża tal-ajru interċettaw żewġ cruise missiles, żewġ missili ballistiċi u 37 drone mferrxa mal-pajjiż. Għal dawn l-aħħar ġimgħat Kyiv kienet qed tiġi attakkata minn drones Russi kontinwament.