Il-Kmandant tal-forzi Russi fl-Ukrajna sejjaħ is-sitwazzjoni fil-belt ta’ Kherson diffiċli.
F’kummenti fuq l-istazzjon tal-istat Russu, il-Ġeneral Sergei Surovikin, li ġie appuntat riċentament, qal li l-forzi Ukreni qed jattakkaw diversi binjiet u infrastruttura fil-belt, li x-xahar li għadda, il-President Russu Vladimir Putin iffirma biex jgħaqqad il-belt mat-teritorju Russu wara r-riżultat ta’ referendum meqjus illegali.
Uffiċjal ieħor Russu appella biex in-nies tal-belt jevakwaw, hekk kif il-militar Ukren qed jagħmel l-isforzi kollha biex jieħu lura f’idu l-kontroll ta’ din il-belt fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.
Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat, l-Ukrajna għamlet avvanzi kbar li qed idgħajjef l-għadu.