Ir-Russja qed takkuża l-pajjiżi tal-Punent li qed iħeġġu l-appoġġ lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny.
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni sfidaw il-preżenza tal-Pulizija waqt dimostrazzjonijiet is-Sibt li għadda, u ‘l fuq minn 3,500 persuna għadhom qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija.
Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewropej mistennija jiltaqgħu aktar tard illum biex jiddiskutu rispons ħolistiku għas-sitwazzjoni.
S’issa, il-Gvernijiet tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja qed jinsistu li jkun hemm miżuri restrittivi imposti fuq uffiċċjali Russi li huma responsabbli għal dawn l-arresti.