Ir-Russja ħatfet tliet bastimenti navali Ukreni. Azzjoni li wasslet għar-rabja ta’ bosta fl-Ukrajna.
Jidher li kollox beda meta r-Russja akkużat it-tliet bastimenti navali Ukreni li daħlu fl-ilmijiet tagħha ’il barra mill-Peniżola tal-Krimea.
Għaldaqstant, ir-Russja ħatfet it-tliet bastimenti, f’azzjoni li wasslet biex indarbu xi membri tal-ekwipaġġ.
Dan wassal għar-rabja ta’ madwar mija u ħamsin dimostrant Ukren fi Kiev, l-Ukrajna, li nġabru barra l-Ambaxxata Russa.
Xi dimostranti waddbu wkoll xi flares, u wasslu biex minn tal-inqas karozza waħda tal-ambaxxata Russa, ħadet in-nar.
Dan l-inċident jimmarka punt ieħor fejn ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet teskala, bil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mistenni jiltaqa b’emerġenza.