Ir-Russja ħabbret li ħadet il-belt ta’ Kurakhove fir-reġjun ta’ Donetsk fil-Lvant tal-Ukrajna, pass sinifikanti lejn iċ-ċentru loġistiku ta’ Pokrovsk, li jinsab 35 kilometru fit-Tramuntana.
L-Ukrajna ma kkonfermatx dan, bil-kelliem għall-armata Viktor Trehubov jiddikjara li l-qawwiet Ukreni għadhom impenjati fil-ġlieda f’din l-istess belt, li hi meqjusa vitali għall-movimenti tat-truppi u l-provvisti.
Analisti iqisu li, kemm-il darba r-Russja tassigura Kurakhove, tkun tista’ tniedi attakk minn direzzjoni ġdida fuq Pokrovsk.
Minbarra hekk, ir-Russja qalet li l-villaġġ ta’ Dachenske, tmin kilometri fin-Nofsinhar ta’ Pokrovsk, ukoll ġie taħt il-kontroll tagħha, waqt li rapporti wkoll indikaw li l-forzi Ukreni qed jesperjenzaw nuqqas ta’ suldati u qed jitilfu l-art fir-reġjun.