Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja li qed iwettaq ‘terroriżmu tal-enerġija’, hekk kif il-militar Russu qed jagħmel ftit li xejn avvanzi fil-battalja kontra l-Ukrajna.
Il-Ħamis filgħaxija, fl-indirizz tiegħu, Zelensky qal li erba’ miljun u nofs persuna bħalissa m’għandhomx provvista tad-dawl, wara attakki Russi fuq in-netwerk tal-enerġija. Żied jgħid li din l-istrateġija turi d-dgħufija tal-għadu.
Fl-aħħar ġimgħat, ir-Russja ffukat l-attakki tagħha fuq faċilitajiet tal-enerġija fl-Ukrajna, wara li fl-istess perjodu sofriet telfiet konsiderevoli f’żoni importanti.
Ritratt: EPA