Hekk kif il-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa tinsab fid-disa’ xahar tagħha, jidher li l-armata Russa dgħajjfet; dan qed jidher biċ-ċar miż-żieda fuq id-dipendenza tal-appoġġ Iranjan lir-Russja.
L-Amerika qalet li hija evidenti li l-Iran qed jgħin lir-Russja fl-attakki tagħha kontra l-Ukrajna. Fi stqarrija maħruġa mill-White House, l-Istati Uniti wera tħassib dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, fejn saħansitra qed jingħad ukoll li r-Russja qed tati pariri lill-Iran dwar kif għandu jrażżan lil niesu milli jipprotestaw, u dan billi juża l-istess tattiċi li tuża r-Russja ma’ niesha.
L-Amerika qalet lill-Iran biex jieqaf joqtol liċ-ċittadini tiegħu, kif ukoll biex ma jkomplix jisuplixxi armi lir-Russja.
Ritratt: Finbarr O’Reilly / The New York Times