Qed jiġi rrapportat li r-Russja qed takkuża 92 membru tal-forzi armati Ukreni b’delitti kontra l-umanità.
Fil-fatt, f’intervista mal-gazzetta tal-gvern Russu, il-Kap tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja qal li tnedew aktar minn 1,300 investigazzjoni kriminali.
Huwa qal li hemm madwar 51 kmandant tal-forzi armati tal-Ukrajna li huma mfittxija għal dawn l-akkużi. Madanakollu, dawn ir-rapporti għadhom m’humiex ikkonfermati hekk kif l-Ukrajna għadha ma ħarġitx reazzjoni għal dak li ntqal.
Intant, l-Ukrajna wkoll għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, fejn bħalissa qed teżamina aktar minn 21,000 delitt tal-gwerra mill-forzi Russi li twettqu mill-bidu tal-invażjoni fi Frar li għadda sal-lum.