L-Għaqda tax-xandir tal-Ewropa (The European Broadcasting Union – EBU), l-organiżżaturi tal-Eurovision Song Contest, ħabbret li mhux ser tħalli lir-Russja tieħu sehem fil-festival ta’ din is-sena.
L-EBU dehrilha li fis-sitwazzjoni preżenti, l-parteċipazzjoni Russa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tista’ twaqqa’ r-reputazzjoni ta’ dan l-ispettaklu tant segwit mal-Ewropa kollha. L-organiżżaturi sostnew li jibqgħu dedikati li jipproteġu l-valuri kulturali ta’ din il-kompetizzjoni li tippromwovi taħlit internazzjonali, tolleranza, li ġġib lil kulħadd flimkien u li bil-mużika tiċċelebra d-diversita’ u tgħaqqad lil kulħadd.
Ara hawn l-istqarrija uffiċjali: