Ir-Russja mhux se titħalla tipparteċipa f’attivitajiet sportivi kbar mill-Aġenzija dinjija ta’ kontra d-doping (il-Wada).
Dan ifisser li r-Russja mhux se tieħu sehem fl-Olimpjadi li se jsiru s-sena d-dieħla f’Tokjo u t-Tazza tad-Dinja li se ssir fl-2022 fil-Qatar.
Minkejja danatleti li jirriżulta li ma għandhomx x’jaqsmu mad-doping se jitħallew jieħdu sehem imma ma jistgħux itajru l-bandiera tar-Russja imma jużaw bandiera newtrali.
Din id-deċiżjoni unanima ttieħdet mill-eżekuttiv tal-Wada waqt laqgħa f’Lusanne fi Svizzera, wara li minn investigazzjonijiet li saru kmieni din is-sena ħareġ li r-Russja naqset mill-tieħu azzjoni kontra t-teħid ta’ sustanzi illeċiti.
Ritratt: New York Times