Ir-Russja ma jirnexxiliex twaqqaf tixrid taż-żejt milli jinżel fil-laguna tal-Artiku u kawża ta’ dan iż-żejt mistenni jolqot riżerva naturali.
Bosta ambjentalisti tennew li s-sistema tal-ilma hemm ċans tieħu diċenju sħiħ sabiex tirkupra minn dan it-tixrid li beda mix-xahar li għadda.
Dan l-inċident seħħ madwar 2,900 kilometru ‘l bogħod mill-belt ta’ Moska.
Fl-aħħar tax-xahar ta’ Mejju li għadda kien hemm mal-20,000 tunnellata ta’ tixrid ta’ diesel ġo xmara, li kien ġej minn impjant tal-enerġija.